Fil-jum tal-inawgurazzjoni uffiċjali taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Futbol f’Ta’ Qali, iċ-ċentru fetaħ il-bibien tiegħu għal avveniment speċjali li ħares lura lejn l-istorja rikka tal-futbol Malti.
L-Onor. Prim Ministru ta’ Malta Dr Robert Abela, il-President tal-FIFA Gianni Infantino, il-Viċi President tal-UEFA Jesper Møller Christensen, il-President tal-Malta FA Bjorn Vassallo, il-leġġendi tal-futbol Fabio Cannavaro u Christian Vieri, kif ukoll Fr Hilary Tagliaferro kienu kollha preżenti għall-avveniment.