Saturday, December 21, 2024

Inawgurat ċentru ġerjatriku f’San Vinċenz de Paul

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għadu kemm ġie inawgurat ċentru ġerjatriku f’San Vinċenz de Paul imniedi mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Anzjani Michael Farrugia.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Fearne qal li l-kunċett ta’ dawn l-investimenti huwa li s-servizzi mogħtija fl-Isptar jiġu estiżi f’postijiet bħal dawn. Huwa fakkar li din l-amministrazzjoni qiegħda taħdem biex f’kemm jista’ jkun lokalitajiet ikunu mogħtija dawn is-servizzi li jkomplu jtejbu l-effiċjenza għal dawk li jiġu bżonnhom.

Waqt id-diskors tiegħu il-Ministru Farrugia fakkar dwar il-ħidma li saret fl-aħħar xhur f’San Vinċenz u ħabbar parti minn kullana ta’ proġetti li minn ċentru ta’ residenza għal dawk l-aktar vulnerabbli, il-post jilħaq livell tal-aqwa eċċellenza.

Farrugia qal li din il-binja li tesa’ 36 sodda għal kura intermedjarja fejn pazjenti jistgħu jinżammu għall-kura. Dan qiegħed isir biex dan il-post, aktar ’il quddiem ikun jista’ jilqa’ persuni mill-komunità bla ma jkompli jintefa’ piż żejjed fuq l-Isptar Mater Dei grazzi għall-ħidma ta’ għadd ta’ professjonisti. Tkellem dwar rijabilitazzjoni, fiżjoterapija, dentistrija, treatment rooms, pace maker clinic, u għadd ta’ servizzi oħra offruti biex l-Isptar jintbagħtu biss dawk li għandhom bżonn kura aktar intensiva.

Dan iċ-ċentru se jkun qiegħed jintroduċi sistema elettronika bid-dettalji tal-pazjenti biex dawk ikunu jistgħu jiġu riferuti minn tobba fi kliniċi u sptarijiet oħra. 

Ekonomija

Sport