Friday, December 20, 2024

Inawgurat Ċentru għal Terapija ta’ Integrazzjoni Sensorjali b’investiment ta’ €2.4 miljun

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett inawguraw Ċentru għal Terapija ta’ Integrazzjoni Sensorjali b’investiment ta’ €2.4 miljun.

Id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar l-għarfien ta’ kundizzjonijiet li jibdew jidhru f’etajiet żgħar. Spjega li kull persuna jgħix f’realtà li tiddependi mis-sensi u kif ċertu individwi jiżviluppaw problemi fil-mod kif jintegraw dawn is-sensi. Fost affarijiet oħra hemm dawk li jkollhom ħsejjes li jisimgħuhom iżjed minn ħaddieħor u dawn ikollhom bżonn l-għajnuna.

Huwa qal li minn studji li saru rriżulta li t-tfal li jbatu minn din il-kundizzjoni jista’ jvarja minn wieħed minn kull għoxrin li tiżdied għal wieħed minn kull għaxra u għalhekk bħala gvern investa biex jiżdiedu dawn is-servizzi.

Fearne qal li din it-terapija hija xi ħaġa pjuttost ġdida li tingħata minn tim ta’ professjonisti. Iċ-ċentru inawgurat fil-Marsa seta’ jkun possibbli b’85 fil-mija mill-fondi li huma minn investiment ta’ Fondi Ewropej. Kien spjegat ukoll li minħabba l-infrastruttura tal-post, din il-klinika se tkun qiegħda toffri staff amministrattiv b’taħriġ speċjalizzat fosthom 10 occupational therapists, żewġ fiżjoterapisti u żewġ speech għand language pathologists.

Il-Ministru qal li 177 tifel u tifla diġà qegħdin jingħataw dan is-servizz. Kollox beda minn assessjar tat-tfal kollha qabel l-età ta’ sentejn u mid-dijanjosi li ssirilhom jgħaddu għat-Taqsima tac-Child Development Assesment Unit.

Imbagħad minn erba’ snin ’il fuq it-tfal li se jkollhom bżonn it-terapija se jieħdu din it-terapija sal-età ta’ 16-il sena. Huwa qal li t-terapija tlaħħaq mal-40 sessjoni għal kull tifel u tifla li jkun hemm u hija waħda speċjalizzata skont il-bżonn tal-pazjenti.

Ekonomija

Sport