Saturday, October 26, 2024

Inawgurat ċentru ta’ koordinazzjoni tal-immigranti f’Belt is-Sebħ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza l-ħtieġa għal aktar protezzjoni tal-fruntieri, inqas traffikar uman u inqas telf ta’ ħajjiet fir-reġjun tal-Mediterran. Intant, illum kien inawgurat ċentru ta’ koordinazzjoni biex tkun miġġielda l-immigrazzjoni illegali. Abela fisser li dan huwa l-ewwel pass minn ħafna fi proċess wiesa’.

Abela qal dan waqt laqgħa uffiċjali f’Malta mill-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Fayez Mustafa Serraj.

F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm ħidma biex jitwaqqfu żewġ ċentri, wieħed f’Malta u l-ieħor fil-Libja fejn bil-ftehim, dawn iċ-ċentri se jkollhom tliet uffiċjali f’Malta u tlieta oħra fil-Libja. Il-gvern Malti se jkun irrappreżentat b’uffiċjali minn tlieta maħtur minnu fi Tripli. Fl-istess waqt il-gvern ta’ għaqda nazzjonali tal-Libja se jaħtar uffiċjal fiċ-ċentru ta’ Malta flimkien ma’ żewġ uffiċjali maħtura mill-gvern Malti.

Waqt laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Abela u l-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libyan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja flimkien ma’ delegazzjoni Libjana kellhom taħditiet dwar temi ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi fosthom l-immigrazzjoni. Iż-żewġ naħat qablu li jeħtieġ li jaħdmu flimkien u, għall-benefiċċju taż-żewġ pajjiżi, jeħtieġ li r-relazzjoni tkompli tissaħħaħ u tkun ibbażata fuq rabtiet reċiproċi. Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Abela għat-taħdidiet kien hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

Abela qal li iż-żewġ pajjiżi minn dejjem kellhom relazzjonijiet tajbin li wasslu għal numru ta’ investimenti u koperazzjoni f’numru ta’ setturi differenti. Abela żied jgħid li l-koperazzjoni tesdendi għal numru ta’ setturi importanti bħalma huma l-protezzjoni tal-fruntieri u l-ħtieġa ta’ aktar investiment li jassigura l-prosperità u sigurtà tar-reġjun tal-Mediterran. 

Huwa rringrazzja lill-Gvern Libjan tal-ħidma li qed iwettaq biex ikunu protetti u salvati l-ħajjiet fil-Meditterran. Huwa fisser li għal bosta snin Malta kienet tirċievi numru ta’ immigranti minħabba l-attività kriminali tat-traffikar tal-umani.

Il-President tal-Kunsill Libjan rringrazzja lill-Gvern Malti u saħaq li l-isfidi li hemm fir-reġjun tal-Mediterran iridu jkunu ffaċċjati flimkien. Huwa tenna li ż-żjara f’Malta se tħalli l-frott tagħha biex igawdu ż-żewġ pajjiżi.

Sport