Monday, May 13, 2024

Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ tal-Ġibjun fix-Xewkija

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawgura l-proġett ta’ tisbiħ li sar fl-ispazju miftuħ tal-Ġibjun fi Triq il-Kbira fix-Xewkija. Dan il-proġett kien iffinanzjat permezz ta’ skema mir-Reġjun Għawdex, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tax-Xewkija.

Il-proġett kien jinkludi tqegħid ta’ pavimentar ġdid, sistema tad-dawl ġdida, restawr ta’ bankijiet, kif ukoll inżergħu xtieli u tħawlu siġar ġodda.

“Permezz ta’ dan il-proġett ta’ tisbiħ, ir-residenti tax-Xewkija jistgħu jgawdu minn dan l-ispazju miftuħ. Dan il-proġett huwa eżempju ta’ kif nistgħu nkomplu nsebbħu l-irħula tagħna anki bi proġetti żgħar madwar il-lokalità,” tenna l-Ministru Camilleri filwaqt li kompla jgħid li x-xogħol ta’ tisbiħ, fosthom ir-restawr tal-bankijiet u xi xogħol ieħor sar mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tax-Xewkija Hubert Saliba rringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u lir-Reġjun Għawdex tas-sostenn u lil kull min ħadem u għen sabiex dan il-proġett seta’ jitlesta.

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li l-ministeru se jibqa’ jagħti l-kontribut tiegħu sabiex l-irħula madwar Għawdex ikomplu jissebbħu u jkunu lokalitajiet li jixirqu lir-residenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport