Tuesday, December 24, 2024

Inawgurat proġett ta’ restawr tal-Fishermen’s Shed f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo inawgura l-proġett ta’ restawr tal-Fishermen’s Shed f’San Ġiljan, fil-preżenza taċ-Chairperson tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, id-Deputat Kap Eżekuttiv Kevin Fsadni u ħaddiema tal-istess Awtorità.

L-għan tal-proġett kien sabiex ikompli jissaħħaħ il-prodott turistiku tradizzjonali f’din iż-żona, hekk kif San Ġiljan huwa mfittex sew mit-turisti, kif ukoll sabiex jiġi salvagwardjat il-wirt kulturali li toffri din il-parti ta’ San Ġiljan.

F’din iż-żona, li fiha numru kbir ta’ sajjieda jirmunkaw id-dgħajjes tagħhom, sar xogħol ta’ restawr sabiex titjieb l-kundizzjoni tal-binja tal-barrakka tas-sajjieda u l-boathouses biswit u biex jingħata nifs ġdid lil din iż-żona

“Bħala pajjiż kommessi li nkomplu nieħdu ħsieb il-wirt kulturali tagħna b’mod kontinwu, kif ukoll ser ikompli jissokta l-investiment fil-prodott turistiku lokali. Aktar kemm ninvestu f’dawn it-tip ta’ proġetti iżjed ngħollu l-kwalità tal-offerta tagħna lill-Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jżuru diversi żoni turistiċi f’pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Ekonomija

Sport