Wednesday, July 24, 2024

Inawgurata klinika ġdida fil-komunità fil-lokalità ta’ San Ġiljan

Aqra wkoll

Din il-klinika se tkun qed toffri s-servizzi ta’ tabib tal-familja, speech and language pathology għall-adulti u tfal, kif ukoll podjatrija u fiżjoterapija. Din il-klinika ġdida saret b’kollaborazzjoni mal-kunsill lokali ta’ San Ġiljan u l-Parroċċa ta’ San Ġiljan u ġiet parzjalment iffinanzjata mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), u se tkun qed taqdi ’l fuq minn 13,500 persuna residenti San Ġiljan kif ukoll persuni li jgħixu fil-madwar.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li n-numru ta’ kliniċi fil-komunità tela’ għal 29 u li fis-sena qed jagħmlu użu minnhom ’l fuq minn 100,000 pazjent. Kompla jispjega kif dawn il-kliniċi se jkunu qed joffru programm ħolistiku li huwa bbażat fuq il-kura preventiva. 

Il-ministru qal ukoll li s-servizzi tal-fiżjoterapija, tal-podjatrija, u dak tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma, qed ikomplu jiġu introdotti f’kliniċi tal-komunità biex jaqdu aħjar il-ħtiġijiet tar-residenti. Kompla li b’dan il-mudell, il-Kura tas-Saħħa Primarja qed tkompli tpoġġi l-pazjent fiċ-ċentru tal-kura fil-livell tas-saħħa primarja.

“Il-Kura tas-Saħħa Primarja hija waħda mill-pilastri tas-saħħa f’pajjiżna u l-gvern kommess li jkompli dan l-investiment u jsaħħaħ il-kura medika fil-qalba tal-komunità sabiex tkun eqreb il-pazjent,” temm jgħid il-ministru.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport