Saturday, December 14, 2024

Inawgurata klinika ġdida fil-komunità tal-Iklin

Aqra wkoll

Fl-Iklin, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura klinika ġdida fil-komunità.

Din il-klinika, li tinsab biswit il-knisja tal-lokalità, se toffri erba’ servizzi lir-residenti tal-Iklin u tal-madwar, li huma l-klinika tat-tabib tal-familja, il-klinika tal-infermiera, servizz tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma u tal-ortotika. Il-proġett, li kien jinkludi r-rinovar tal-binja u x-xiri tal-apparat mediku, kien iffinanzjat mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF).

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne saħaq li iktar ma jinfetħu kliniċi ġodda f’komunitajiet madwar Malta u Għawdex, iżjed qed ikun innotat l-effett pożittiv fuq saħħet  ir-residenti, li permezz ta’ servizzi mediċi fil-komunità stess qegħdin jieħdu ħsieb saħħithom fil-pront u fl-ikbar kumdità. Id-Deputat Prim Ministru Fearne fakkar kif dawn is-servizzi ta’ din il-klinika jingħaqdu mal-kullana ta’ servizzi offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li kien inawgurat ftit tal-ġimgħat ilu wara investiment b’saħħtu fis-servizzi u fl-estetika tal-post.

Huwa rringrazzja lit-tim tas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa Primarja tax-xogħol li sar f’din il-lokalità u f’kliniċi f’ lokalitajiet oħra li se jkunu qed jinfetħu fil-ġimgħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport