Sunday, December 22, 2024

Inawgurata klinika ġdida għall-komunità fil-Għargħur

Aqra wkoll

“Il-Gvern kommess li jkompli jinvesti u jsaħħaħ il-kura primarja fil-komunità sabiex b’hekk inkomplu noffru servizz tas-saħħa tal-ogħla livell”

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal dan waqt l nawgura klinika ġdida fil-komunità fil-lokalità tal-Għargħur.

Din il-klinika se tkun qed toffri s-servizzi ta’ tabib tal-familja, speech and language pathology, kif ukoll podjatrija, fost servizzi oħra. Din il-klinika ġdida, li kienet parzjalment iffinanzjata mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), se tkun qed taqdi ’l fuq minn 5,000 persuna residenti l-Għargħur kif ukoll persuni li jgħixu fil-madwar.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif il-firxa ta’ servizzi tal-kura primarja fil-Kliniċi tal-Komunità huma konformi mal-ħidma tal-WHO fejn is-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa jaħdmu l-aħjar meta jersqu eqreb lejn il-komunità. L-għan primarju ta’ din il-viżjoni hu li l-isforzi u l-ħidma li qed issir fil-kura tas-saħħa primarja tkun iċċentrata fuq il-pazjent.

Ekonomija

Sport