Sunday, December 22, 2024

Inawgurata l-65 edizzjoni tal-Malta Trade Fair

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri fetaħ uffiċjalment il-65 edizzjoni tal-Malta Trade Fair. Dan huwa avveniment sinonimu mal-wasla tas-sajf, fejn jattira familji biex igawdu din il-fiera.

Matul l-istorja twila tagħha, it-Trade Fair evolviet u tirrifletti t-trasformazzjoni tal-pajjiż u l-bidliet fil-prodotti preżentati. Minkejja dawn il-bidliet, is-suċċess dejjiemi tal-fiera għandu l-għeruq fil-kuntatt dirett bejn l-esebituri u l-klijenti u l-offerti ppreżentati.

Il-Ministru Silvio Schembri qal, “F’din il-fiera għandna eżempju ħaj tad-diversifikazzjoni li nsibu fl-ekonomija tagħna, u hija din id-diversifikazzjoni li tagħmilna reżiljenti. Intom l-esibituri għandkom tużaw din il-fiera biex issir networking bejnietkom u b’hekk tistgħu tkabbru l-opportunitajiet tagħkom. Bħala gvern, kif diġà konna hemm fil-passat, nibqgħu kommessi li nkunu ta’ appoġġ għalikom. It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa mertu tagħkom.”

Il-Malta Trade Fair se tkun miftuħa għall-pubbliku minn għada 27 ta’ Ġunju sas-7 ta’ Lulju, fl-MFCC Ta’ Qali.

Ekonomija

Sport