Monday, December 23, 2024

Inawgurata uffiċjalment is-sistema ġdida ta’ dwal fuq il-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg inawgura b’mod uffiċjali s-sistema ġdida ta’ dwal fuq il-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Din is-sistema hija parti minn proġett ta’ restawr fuq barra ta’ din il-koppla u tinkludi 139 bozza LED iddisinjati speċifikament għall-koppla u għas-saqaf ta’ din il-knisja. Il-proġett huwa parti minn investiment ta’ €700,000 li qed jitmexxa mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li jinkludi wkoll il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.

Il-Ministru Ian Borg qal, “Illum qed naraw il-frott ta’ ħidma favur it-tisbiħ u r-restawr ta’ waħda mill-aktar ikoni importanti fuq il-pajsaġġ ta’ pajjiżna. Dan l-investiment qed jissarraf f’dehra isbaħ u li tagħti l-unur mistħoqq lill-belt kapitali tagħna. Dan huwa intervent fost ħafna li jagħtu prijorità lill-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku ta’ pajjiżna. B’dan il-mod qed ninvestu mhux biss fil-koppla nnifisha iżda fil-prodott turistiku tagħna u fl-esperjenza tar-residenti ta’ din il-belt kif ukoll tal-Maltin u tal-Għawdxin kollha li jħarsu lejn il-kapitali tagħna, u speċifikament din il-knisja, bħala punt ta’ referenza. Impenjati li nkomplu naħdmu b’mod ħolistiku favur kwalità ta’ ħajja u livell tal-għajxien aħjar għall-poplu”.

Ekonomija

Sport