Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom.
B’kollox hemm 122 lott li huma kif ġej:
• 42 lott ta’ Inbejjed Fini;
• 68 lott ta’ Xorb Alkoħoliku; u
• 12-il lott Ħwejjeġ.
L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali fl-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn, 21 ta’ Frar u l-Ħamis 24 ta’ Frar, 2022, bejn it-08:00 u 12:00 u bejn is-01:00 u l-16:00 u l-Ġimgħa, 25 ta’ Frar, 2022 mit-08:00 sa 12:00.
Biex wieħed jara l-lottijiet, jiġbor formoli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jagħmel dan mill- Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq in-numru 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.