Tuesday, December 24, 2024

Inċident fil-Qawra jħalli sewwieq bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Illum għall-ħabta tas-6:30 a.m., raġel ta’ 29 sena residenti l-Gżira ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qawra, Qawra.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota HI-ACE misjuq mir-raġel ta’ 29 sena u Toyota Yaris, misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport