Thursday, February 12, 2026

3 persuni fosthom żewġt itfal jiddaħlu l-Isptar wara inċident tat-traffiku fl-Imqabba

Aqra wkoll

3 persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tat-3.25 meta seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imqabba, l-Imqabba. 

F’dan l-inċident kien hemm involuti karozza u trakk li jġorr l-iskips.

Dan is-sit jinsab informat li fil-karozza kien hemm mara u żewġt itfal.

Fi ftit minuti fuq il-post waslu timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni.

Huma ttieħdu l-Isptar għal aktar filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

Aktar kmieni: Inċident tat-traffiku fl-Imqabba bejn karozza u trakk

Dan is-sit jinsab informat li ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku f’Valletta Road l-Imqabba.

L-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li l-ħabta seħħet bejn karozza u trakk. Jidher li fil-karozza kien hemm mara u żewġt itfal.

Timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei waslu l-ewwel fuq il-post u qegħdin jagħtu l-ewwel għajnuna.

Aktar dettalji dalwaqt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport