Friday, December 27, 2024

“INDANNATI … Ilni sena nistenniekom, din kienet diġà mejta!”

Aqra wkoll

“Din l-Arpa kienet weħlet minn saqajha ma arblu antik tad-dawl f’Kemmuna is-sena li għaddiet u dawn ir-ritratti kont ġbidthom jiena”. Iddikjara dan kaċċatur li xerred ritratti b’reazzjoni għall-istqarrija tal-Birdlife aktar kmieni llum fejn allegat li kienet ġabret għasafar feruti minn żoni protetti.

Il-kaċċatur filwaqt li appella lill-pubbliku biex ixerred kliemu, saħaq li kien hu stess li ġibed dawn ir-ritratti li qiegħed jippubblika u qal li xi nies kienu ċemplu lil tal-Birdlife biex jiġu għat-tajra li kienet diġà mejta. 

Huwa kompla biex jisħaq li kien ilu sena jistenna biex tinħareġ stqarrija simili u għalhekk qiegħed ixerred dawn ir-ritratti biex skontu kulħadd ikun jaf dwar il-mibegħda li teżisti lejn il-kaċċaturi u n-nassaba.

Ekonomija

Sport