Tuesday, December 24, 2024

Indikazzjoni li l-Korea ta’ Fuq se twettaq test nukleari

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-bieraħ, uffiċjali mill-Istati Uniti, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun iltaqgħu ġewwa Seoul għal diskussjonijiet dwar il-Korea ta’ Fuq hekk kif hemm indikazzjonijiet li din qiegħda tipprepara li twettaq test nukleari. Jekk iseħħ, dan ikun l-ewwel test tax-xorta tiegħu mill-2017 ’il hawn. 

Ir-rappreżentat speċjali tal-Istati Uniti Sung Kim f’kumment li ta lill-midja qal li t-tliet pajjiżi qed jippreparaw għal kull eventwalità u hemm kordinazzjoni mill-qrib bejniethom. Matul din is-sena, il-Korea ta’ Fuq wett­qet numru ta’ testijiet fuq missili ballistiċi, fosthom wieħed li akartx li kien fuq missila ballistika interkontinentali li hija pprojbita min-Nazzjonijiet Uniti. Issa jidher li l-Istati Uniti għandha informazzjoni li l-Korea ta’ Fuq qiegħda twettaq preparamenti fis-sit ta’ Punggyre-ri, u dawn biex isir test nukleari li jkun is-seba’ wieħed li qatt għamlet il-Korea ta’ Fuq. 

Sung Kim tenna li huma jridu jagħmluha ċara lill-Korea ta’ Fuq li dak li qiegħda tagħmel huwa kontra l-liġi u qiegħed joħloq ħafna instabbiltà internazzjonali. Huma qalu li dan l-atteġġjament mhux se jkun aċċettat bħala xi ħaġa normali.

Ekonomija

Sport