Wednesday, December 25, 2024

Indikazzjoni li Macron rebaħ l-elezzjoni presidenzjali

Aqra wkoll

L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-President Macron kiseb rebħa konvinċenti fuq Marine Le Pen, bl-indikazzjonijiet juru li huwa għeleb lill-kandidata tal-lemin estrem hekk kif kiseb 58% tal-voti, kontra t-42% għal Le Pen.

Dan ifisser li Macron, li għandu 44 sena, se jsir l-ewwel president Franċiż li jerġa’ jiġi elett f’20 sena.

Le Pen, li għandha 53 sena, kienet qed tikkontesta għat-tielet darba għall-presidenza u kienet tilfet kontra Macron fl-2017.

Waqt li llejla kienet qed tindirizza lill-partitarji f’Pariġi, Le Pen qalet li xorta tqis dan bħala “rebħa” għall-partit tagħha. Le Pen esprimiet il-gratitudni tagħha lejn in-nies li vvutaw għaliha u żiedet tgħid li se tkompli l-ġlieda tagħha fil-politika Franċiża – il-kandidata tal-lemin estrem aktar qabel kienet qalet li tista’ titlaq mill-politika jekk titlef.

Hekk kif ħarġu dawn l-indikazzjonijiet, il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, laqa’ r-riżultat u feraħ lil Emmanuel Macron għar-rebħa mistennija tiegħu. 

Anke l-President tal-Kummissjoni tal-UE Usula von der Leyen qalet li tistenna bil-ħerqa li taħdem mal-President elett mill-ġdid għal darb’oħra.

Ekonomija

Sport