Saturday, November 16, 2024

Indikazzjonijiet li l-isplużjoni f’Nashville kienet bomba suwiċida

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont il-forzi tal-ordni fl-Istati Uniti, l-isplużjoni f’Nashville f’Jum Il-Milied x’aktarx li kienet bomba suwiċida.

L-investigaturi għaddejjin bl-ittestjar tad-DNA tal-fdalijiet umani li nsbatu viċin iż-żona tal-isplużjoni qawwija.

Kawża tal-isplużjoni tliet persuni ndarbu u kienet hemm interruzzjonijiet fis-sistemi komunikattivi f’Tennesse u erba’ stati oħra.

Minkejja li s’issa għadu mhux stabbilit il-motiv wara l-isplużjoni, huwa stmat li nġabret is-somma ta’ aktar minn £224,000 biex jinqabad min kien responsabbli ta’ dan l-att.

Il-Karavann sploda waqt li kien ipparkjat fi triq fil-belt Amerikana ta’ Nashville, mumenti biss qabel messaġġ rekordjat minn ġewwa l-karavann stess wissa dwar il-bomba.

Ekonomija

Sport