Saturday, December 28, 2024

Indjan iweġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-12:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volvo XC60 misjuq minn mara ta’ 57 sena residenti Tas-Sliema, u mutur Kymco misjuq miż-żagħżugħ Indjan ta’ 21 sena li jirrisjedi Ħal Qormi.

Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post sakemm seta’ jittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport