llum, għall-ħabta tal-10:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fuq bastiment, f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Indoneżjan ta’ 41 sena, waqa’ madwar sular ġo bokkaport.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.