Wednesday, December 25, 2024

Indoneżjan jintbagħat lura pajjiżu wara li skonta sentenza ta’ ħabs f’Malta

Aqra wkoll

Indoneżjan ta’ 33 sena, li f’Settembru tal-2020 tressaq il-Qorti b’rabta ma’ akkużi ta’ vjolenza fuq anzjan u serq, intbagħat lura pajjiżu wara li skonta sentenza ta’ 18-il xahar ħabs fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-każ imur lura għall-20 ta’ Settembru 2020. Fil-Qorti ġie spjegat mill-Ispetturi Lydon Zammit li dakinhar kienu qegħdin isiru rondi mir-Rapid Intervention Unit fil-Ħamrun.

Intqal kif dakinhar huma ssejħu sabiex jassistu fl-inħawi tal-ġonna magħrufa bħala Sa Maison. Fuq il-post sabu li anzjan ta’ 68 sena spiċċa aggredit minn erbat irġiel, fosthom Deko Susanto, l-Indoneżjan ta’ 33 sena wara li waqqfuh biex jitolbuh għal sigaretti. L-anzjan kellu jittieħed fiċ-ċentru tas-saħħa minħabba li sofra ġrieħi f’wiċċu.

L-erbat irġiel ġew ikkundannati b’kollox 13-il sena ħabs bejniethom. Dan għaliex minbarra li nstabu ħatja li kkaġunaw vjolenza fuq anzjan, instabu ħatja li wettqu serqiet oħra fl-istess ġurnata li aggredew lil anzjan.

Ekonomija

Sport