Il-Ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u t-Tindif kienu mpenjati flimkien ma’ għaddasa professjonali biex ikun jista’ jitneħħa l-ġebel li tella’ l-maltemp tul is-snin f’diversi bajjiet fiż-żona ta’ Sirens f’San Pawl il-Baħar.
Dawn il-ħaddiema ta’ kuljum ikunu qegħdin iduru fit-toroq Maltin biex inaddfu ħafna drabi affarijiet li jkunu ntremew b’mod illegali. F’dan il-każ ħadu ħsieb biex hekk kif żmien il-għawm daqt jerġa’ jibda, il-bajjiet ikunu lesti għal eluf ta’ Maltin u turisti li jagħżlu li jgawdu xi ġurnata jew tnejn ħdejn il-baħar.