Tuesday, October 21, 2025

“Infakkru… biex kulħadd ikun jaf minn fejn tlaqna u fejn wasalna”

- l-eks Prim Ministru Joseph Muscat

Aqra wkoll

Kontijiet ta-dawl orħos. Prezzijjet tal-fjuwil u gass stabbli. Trasport pubbliku b’xejn.  Trasport tal-iskejjel b’xejn. Childcare b’xejn. Dawn huma ħwejjeġ li l-familji u negozji draw, biex ma ngħidx insew.  Huwa dmir tal-Gvern li jfakkarhom. Mhux biex in-nies jghidulu prosit, iżda biex kulħadd ikun jaf minn fejn tlaqna u fejn wasalna. Dan huwa dak li l-Gvern se jkun qiegħed jaghti anke kieku l-Ministru tal-Finanzi jgħid biss li, “din is-sena se nkomplu nagħtu l-istess bħas-sena l-oħra u xejn aktar.”  

Il-Gvern iżda se jkompli jagħti aktar fosthom lil pensjonanti, kif jisthqqilhom. Wieħed jistenna xi tip ta’ bidla fis-sistema tal-Income Tax li tgħin aktar lill-ġenituri. Dan biex tiżdied ir-rata tat-twelid. Hawn irid jintlaħaq bilanċ delikat bejn dan l-għan u li ma jinħoloqx diżinċentiv biex nisa joħorġġu fid-dinja tax-xogħol, wara l-isforz kbir li sar biex dan jiżdied.

Li nittama li jkun hemm huwa inċentiv importanti għal negozji speċjalment dawk żgħar. Filwaqt li l-aħħar budgets kienu soċjalment b’saħħithom ħafna, straħu li l-ekonomija tibqa’ miexja waħedha. Nemmen li wasal iż-żmien għal inċentiv ieħor ekonomiku b’saħħtu ħbiex jinżamm ir-ritmu ekonomiku b’saħħtu li drajna bih u li mid-dħul tiegħu jiġu ffinanzjati miżuri soċjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport