Il-president tal-FIFA Gianni Infantino ippreżenta l-logo il-ġdid tat-tazza tad-dinja tal-klabbs li se ssir f’Lulju 2025. Infantino qal li din il-kompetizzjoni se tkun waħda innovattiva u mistennija toħloq interess daqs it-tazza tad-dinja tan-nazzjonijiet.
Infantino sostna li l-FIFA se tidħol f’era ġdida fejn apparti ż-żieda fit-timijiet fit-tazza tad-dinja 2026, se tkun qed toħloq kompetizzjonijiet ġodda sabiex din l-aqwa għaqda sportiva fid-dinja tkompli tiġġedded. Hu dar lejn il-partitarji akkaniti tal-klabbs fejn sostna li dan kollu se jiġġenera spettaklu kbir sabiex isegwu l-aqwa futbol possibbli.