Saturday, December 21, 2024

Infermiera f’Palermo nqabdet “tlaqqam” b’seringi vojta biex jinħarġu ċertifikati tat-tilqim

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi Franza hu stmat li nħarġu aktar minn 180,000 ċertifikat falz tat-tilqim

Diversi pajjiżi fl-Ewropa qed jirrapurtaw żieda fiċ-ċertifikati foloz tal-vaċċin u dan qiegħed iwassal għal dubju dwar l-istrateġiji li qedgħdin jadottaw diversi gvernijiet fejn jidħol l-għoti tat-tilqim.

L-awtoritajiet Franċiżi qalu li sa minn meta ġiet introdotta l-istrateġija taċ-ċertifikati, hu stmat li qabdu aktar minn 180,000 ċertifikat falz. Fl-Italja, il-Pulizija f’Palermo arrestaw mexxej ta’ moviment ta’ kontra t-tilqim u infermiera li qiegħda tiġi akkużata li aċċettat pagamenti biex jinħarġu ċertifikati tat-tilqim.

Uffiċjali fi Franza fl-aħħar jiem qalu li fil-jiem li ġejjin se jkunu eleġibbli għall-covid pass, dawk biss li jkunu mlaqqmin. Dan iċ-ċertifikat huwa mitlub biex persuni jkunu jistgħu jattendu f’postijiet pubbliċi bħalma huma ristoranti u kafetteriji fost l-oħrajn.

Il-Ministru għall-Intern Gerald Darmanin qal li hemm mal-400 investigazzjoni b’rabta ma’ persuni suspettati li pprovdew ċertifikati foloz. Fost dawn is-suspettati hemm għadd ta’ professjonisti tas-saħħa.

Fi Sqallija, infermiera qiegħda tkun akkużata li tħallset bejn €100 u €400 biex jinħarġu dokumenti li fl-Italja huma neċessarji biex persuna taħdem jew tipparteċipa f’attivitajiet soċjali. 

Filmati li nħarġu minn stazzjonijiet tal-aħbarijiet Taljani juru l-mumenti meta l-infermiera dehret tippretendi li qiegħda tlaqqam pazjenti meta fil-verità s-seringa ma kien ikun fiha l-ebda likwidu.

Din ma kinitx l-unika persuna li nqabdet mill-awtoritajiet fi Sqallija hekk kif aktar persuni qegħdin jiġu investigati b’rabta ma’ tali azzjonijiet.

Ekonomija

Sport