Sunday, December 22, 2024

Infermiera jissugraw ħajjithom waqt it-terremot biex isalvaw lit-trabi tal-ITU fi sptar fit-Turkija

Aqra wkoll

Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, juri l-mument meta żewġ infermiera ssugraw ħajjithom biex jipproteġu t-trabi li kienu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva waqt it-terremot li ħakem lit-Turkija u lis-Sirja.

S’issa huwa stmat li fl-istess terremot tat-Tnejn li għadda, li kien irreġistrat b’qawwa ta’ 7.7 fuq l-Iskala Richter, qatel iktar minn 30,000 persuna miż-żewġ pajjiżi.

Fil-ħin li seħħ it-terremot, it-trabi kienu jinsabu fis-sala waħidhom meta bla mistenni l-inkubaturi bdew jiċċaqilqu kawża tal-impatt tat-terremot. Iż-żewġ infermiera — Devlet Nizam u Gazwl Caliskan — minflok ma ħasbu fihom infushom, għaġġlu kemm felħu biex isalvaw lit-trabi li kien hemm fl-Isptar ta’ Gaziantep fit-Turkija.

Fl-istess filmat dehru jżommu l-inkubaturi biex jieqfu miċ-ċaqliq sabiex it-tfal vulnerabbli ma jaqgħux fl-art.

Ekonomija

Sport