Uħud mill-infermiera fir-Renju Unit imxew mal-istint qalbieni tagħhom meta minkejja li kienu fuq strajk għenu raġel li waqa’ mal-art quddiemhom f’temperaturi taħt iż-żero.
Minn tal-inqas żewġ infermiera għenu lir-raġel meta waqa’ quddiem il-Bristol Royal Infirmary. Huma immedjatament telqu l-kartelluni minn idejhom biex jagħtuh l-ewwel għajnuna.
“Ta’ kuljum naraw infermiera jaħdmu taħt stress qawwi u jagħmlu att ta’ karità sabiex lill-pazjenti jakkomodawhom bl-aħjar mod possibbli. Jekk mhux se tieħdu ħsiebhom, mhux se jifdal infermiera” — Paula Byrne, infermiera minn Bristol.