Saturday, October 26, 2024

Infermiera mixlija bil-qtil ta’ tmint itrabi

Aqra wkoll

Aħbar xokkanti mir-Renju Unit; Lucy Letby hija mixlija wkoll b’10 kapi ta’ akkuża għal attentat ta’ qtil ta’ trabi

F’aħbar li ħasdet lir-Renju Unit, infermiera ġiet mixlija bi tmien kapi ta’ akkuża għal qtil u 10 kapi ta’ akkuża għal attentat ta’ qtil wara li kienet imnedija investigazzjoni dwar in-numru ta’ mwiet ta’ trabi fi sptar partikolari fl-Ingilterra.

Lucy Letby, ta’ 30 sena, tressqqt taħt arrest fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Warrington.

Letby, minn Hereford, kienet arrestata fl-2018 u fl-2019 bħala parti mill-investigazzjoni dwar l-imwiet ta’ 17-il tarbija u 15-il attentat ta’ qtil ta’ trabi fil-countess of Chester Hospital. Madankollu hija kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest minħabba inkjesti li kienu għadhom pendenti.

Kelliemi għall-Pulizija ta’ Cheshire kkonferam li Letby kienet arrestata għat-tielet darba nhar it-Tlieta li għadda.

Skont il-ġurnal Brittaniku The Times, jekk Letby tinstab ħatja tat-tmien omiċidji ta’ trabi, allura hija tkun l-aktar qattiela ta’ trabi prolifika fl-Ingilterra.

Il-Pulizija qalet li l-ġenituri tat-trabi involuti kienu qed jiġu aġġornati dwar l-iżviluppi tal-każ.

Sport