Wednesday, December 25, 2024

“Inflazzjoni għolja tista’ tibqa’ tippersisti jekk il-gwerra tal-Ukrajna ma tispiċċax fi żmien qasir”

Il-MPE Alfred Sant

Aqra wkoll

Waqt skambju ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni bankarja fl-Ewropa, fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (ECON) tal-Parlament Ewropew, l-Eks Prim Ministru Alfred Sant sostna li ħafna mhux qed jemmnu t-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew li l-inflazzjoni fiż-żona ewro se tilħaq il-quċċata sal-2023. Jekk il-gwerra tal-Ukrajna ma tiqafx fi żmien qasir, wisq probabbli l-inflazzjoni tibqa’ tippersisti.

Il-konsegwenzi mill-pandemija tal-Covid-19 u l-invażjoni Russa tal-Ukrajna wittew it-triq għall-inċertezzi dwar l-ekonomija Ewropea. Skont it-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-inflazzjoni mistennija li tibqa’ għolja ħafna għal maġġorparti tal-2022, b’medja ta’ 6.8%, qabel tonqos gradwalment mill-2023 u tikkonverġi lejn il-mira tal-inflazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ 2% fit-tieni nofs tal-2024.

L-iskambju ta’ fehmiet tal-ECON kien ma’ Andrea Enria, il-president tal-kunsill superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew. Mingħajr ma rreaġixxa għat-talba ta’ Sant dwar ix-xettiċiżmu dwar it-tbassir tal-inflazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Enria rrimarka li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu f’idejh, bħal dejjem u bħas-soltu, xenarji ta’ tbassir alternattivi.

Sant staqsa wkoll jekk jekk l-inflazzjoni tippersisti, il-preferenza tas-Sur Enria kif intqal dan l-aħħar għal passi inkrementali lejn l-unjoni bankarja tkunx vijabbli. Jekk l-inflazzjoni se tippersisti, se jkun hemm effetti ta’ vantaġġ u ta’ tnaqqis għall-banek, aktarx differenti minn dak li hu previst issa, u l-progress lejn unjoni bankarja Ewropea se jkun affettwat ukoll.

Enria wieġeb li għalkemm l-unjoni bankarja għadha qed tiġi msaħħa, hija kienet diġà kisbet numru mhux ħażin ta’ skoperti. Huwa għadu jaħseb li minkejja ż-żieda fl-inflazzjoni, li l-bidliet inkrementali lejn unjoni bankarja sħiħa jagħmlu sens b’mod realistiku, minn perspettivi politiċi u tekniċi.

Ekonomija

Sport