Friday, December 20, 2024

Influencer Maltija innominata għal award prestiġjuż Amerikan

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Stella Cini, influencer Maltija għadha kif ġiet innominata fl-American Influencer Awards bħala stilista tax-xagħar tas-sena 2021. Cini, li għandha aktar 825,000 segwaċi fuq instagram u 703,000 il-subscriber fuq youtube, toħloq diversi filmati fuq ix-xagħar.

Stella ġibdet l-għajn ta’ diversi nies, speċjalment fuq id-diversi kuluri u stili kreattivi għall-aħħar li tagħmel fuq xargħha. Wieħed mill-ħafna persuni li din l-influencer lokali ġibdet l-attenzjoni tagħhom huwa Brad Mondo, stilista tax-xagħar fl-Istati Uniti.

Cini ġiet imsemmija diversi drabi fuq il-filmati tiegħu fuq YouTube, b’xejn inqas minn kliem ta’ tifħir. 

Fost l-influencers rinomati li jinsabu nnominati f’dawn l-istess awards iżda f’kategoriji differenti hemm Nikkie de Jager, magħrufa aħjar bħala Nikkie Tutorials, li fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision, kienet preżentatriċi tiegħu.  

Ekonomija

Sport