Miktub Minn Anthea Cachia
Marina Balmasheva, influencer ta’ 35 sena, iżżewġet lil Vladimir ‘Voya’ Shavyrin’, ġuvni ta’ 20 sena, wara li ddivorzjat lil missieru, raġel ta’ 45 sena. Hija kienet ilha tgħix miegħu u ma’ Vladimir għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Minkejja id-distakk ta’ 15-il sena ta’ bejniethom u r-relazzjoni simili ta’ omm u iben, dawn il-fatturi m’affetwawhomx. Hija stqarret li llum il-ġurnata hi u Vladimir m’għadhomx jitkellmu mal-eks raġel/missier, filwaqt li żiedet tgħid li, “ma naħsibx li ħa gost b’dak li għamilna.”
Fuq post partikolari, huma rrakkontaw kif, “morna l-uffiċċju tar-reġistrar. Lanqas biss kelli hairbrush fuqi. Iċ-ċrieket kienu fil-karozza. L-atmosfera kienet waħda tajba, minkejja li kien hemm xi naqra mistħija.”
Marina spjegat kif wara li kienu miżżewġin legalment, biddlu, u għamlu tieġ żgħir f’restorant lokali akkumpanjati minn ħafna mistednin. Illum qiegħdin jistennew l-ewwel tarbija tagħhom.