Thursday, November 14, 2024

Informah ma jibqax jistad fejn kien … ħareġ bis-senter u ippuntah lejn il-wire tat-tkarkir tal-bastiment l-ieħor

….waqt l-istaġun tas-sajd għal-lampuki

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kwistjoni bejn żewġ sajjieda madwar 21 mil nawtiku ‘lbarra minn Malta  fl-istaġun tas-sajd għal lampuki, wasslet biex wieħed mis-sajjieda jitla’ fuq il-bridge tad-dgħajsa b’senter ippuntat lejn id-dgħajsa l-oħra. Persuna abbord id-dgħajsa anke tefa’ ħabel madwar it-trawler tal-kaptan biex b’hekk huma jieħdu l-iskrun iżda dan ma rnexxiex.  Is-sajjieda li ipponta l-arma xehed li kienet saritlu ħsara fl-irkaptu diversi drabi.

Il-każ  jirrigwarda kwistjoni bejn żewġ sajjieda li eskalat. Jingħad li Adrian Caruana  lemaħ id-dgħajsa tal-parti l-oħra fl-inħawi fejn hu kellu apparat tas-sajd pjantat proprju fuq dik iż-żona kif liċenzjat u għalhekk saq għal fuq dik iż-żona u hemm allega mal-kaptan l-ieħor li kien għamillu l-ħsara fl-armar. F’dak il-mument ġie viċin ħafna tad-dgħajsa l-oħra, missieru tefa’ ħabel fl-ilma bil-ħsieb li dan jinqabad mill-iskrun tal-dgħajsa l-oħra u Adrian refa’ senter li jgħid li kien imitazzjoni u bih hedded lill-kaptan l-ieħor. 

 Il-Qorti qalet li mill-provi irriżulta  li l-kaptan Wagih Mohamed Elghaly Fahmy Abouhegazy kien mitkellem dwar l-inċident minnu rappurtat. Kien mitkellem ukoll sid il-kumpanija tal-bastiment tas-sajd Stella del Mare Limited u rriżulta li waqt li l-kaptan kien qed jistad bit-trawler kien avviċinat minn lanċa tal-injam u li ċertu Adrian Caruana  beda jgħidlu biex ma jibqax jaħdem fejn kien qiegħed. Il-kaptan kien informa lil Adrian li fil-post ma kienx hemm ċimi iżda fil-pront Adrian kien ħareġ bis-senter u r-raġel l-ieħor li kien fuq il-lanċa ta’ Adrian tefa’ ħabel madwar it-trawler tal-kaptan biex b’hekk huma jieħdu l-iskrun iżda dan ma rnexxiex.
Wagih Mohamed Elghaly Fahmy Abouhegazy xehed li huma joħorġu jistadu bix-xibka u kien jaf lil Adrian għax kien fuq id-dgħajsa li marret fuqhom. Jgħid li huwa rah fuq il-bridge tad-dgħajsa b’senter kannella f’idejh u bil-kanna twila u li kien hemm distanza ta’ madwar għoxrin pied bejniethom. 

Adrian Caruana xehed li kellu l-permess biex jaħdem l-istaġun tal-lampuki u li d-Dipartiment kien avża lil Wagih biex ma jaħdimx f’dik il-biċċa baħar iżda dan baqa’ jaħdem hemm u qata’ ċ-ċimi ta’ sajjieda oħrajn. Jixhed li kien sab żewġ ċimi maqtugħa u li Wagih kien qallu li mhux ser jerġa’ jagħmilha iżda kien qatagħhomlu għal darba, tnejn. Jgħid li beda jimmira s-senter lejn il-wire tat-tkaxkir u xorta ma riedx jieqaf. Jgħid ukoll li waddbulu l-ħabel u li Wagih qabdu u baqa’ sejjer. Meta kien mistoqsi jgħid jekk hu kienx offenda lil Wagihy, wieġeb li ma kienx f’pożizzjoni li jgħid x’għamel għax kien għadda ż-żmien imma jista’ jkun li kien offendieh. Jgħid li ma kellux permess għas-senter tal-plastik.”
Adrian Caruana, li għandu  49 sena weħel xahar ħabs sospiż għal sena wara li nstab ħati li hedded lil Wagih Mohamed Elghaly Fahmy Abouhegazy u uża arma tal-plastik. Fl-2018 huwa kien instab ħati u ngħata sentenza u appella minnha.

Ekonomija

Sport