Hekk kif ftit tal-ħin ilu l-pulizija kkonfermat dwar l-arrest tar-raġel li lbieraħ allegatament tajjar lil Antoine Degabriele fiż-Żejtun, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri rrikonoxxa l-ħidma siewja tal-pulizija.
F’post li għamel fuq il-profil tiegħu fuq il-mezzi soċjali, il-Ministru Camilleri qal li jinsab infurmat li l-persuna inkwistjoni kienet arrestata mal-lejl. Huwa tenna li għal darb’oħra l-pulizija qed juru l-impenn tagħhom f’każijiet bħal dawn u oħrajn.
Huwa temm isostni li ħidmiethom għandha tkun apprezzata f’kull ċirkustanza.