Saturday, October 26, 2024

“Ingħaqdu magħna biex dan il-partit neħilsuh minn dan il-monstru li qed jipprova jaħkmu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista David Thake fl-aħħar sigħat ukoll ikkummenta dwar “il-ġlieda biex isalvaw il-Partit”.

Huwa tkellem dwar il-kap tal-Partit Nazzjonalista u qal li Adrian Delia mhux persuna li jixtieq isolvi l-problemi u jrid il-ġid għall-partit. Huwa kompla biex jgħid li wara joħorġu xi fatti li għadhom ma ħarġux kulħadd jista’ jagħmel il-kontijiet tiegħu.

Huwa qal ukoll li din il-ġlieda hija biex il-partit jiġi salvat minn idejn min daħal biss biex idaħħlu ġo ħajt. Huwa appella lil kull min hu f’kull struttura tal-partit biex jagħrbel sew il-kliem ta’ Adrian Delia u stieden lil dawn kollha biex jingħaqdu magħhom. “Ingħaqdu magħna biex dan il-partit neħilsuh minn dan il-monstru li qed jipprova jaħkmu”, kompla Thake.

Sport