Tuesday, May 14, 2024

“Ingħaqdu magħna biex tgħinuna nsalvaw iktar ħajjiet”

Membri tal-Pulizija tal-Komunità tal-Ħamrun u Santa Venera ser jorganizzaw blood drive għall-pubbliku

Aqra wkoll

Il-Membri tal-Pulizija tal-Komunità tal-Ħamrun u Santa Venera, qed jorganizzaw attività tal-għoti tad-demm fejn il-pubbliku huwa mistieden biex jattendi u jgħin sabiex ikomplu jsalvaw iktar ħajjiet.

Dan wara li riċentament is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħareġ diversi appelli minħabba li kien hemm bżonn kbir għal ħafna donazzjonijiet tad-demm.

Din l-attività se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju, fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, tal-Pietà, bejn id-9:00 a.m. u l-5:00 p.m.

Dawk l-individwi li huma interessati jgħinu f’din il-kawża ġusta huma mħeġġa jagħmlu appuntament billi jċemplu fuq 79469055 jew jikkuntattjaw lill-membri tal-pulizija fuq il-grupp ta’ Facebook ‘Hamrun & St. Venera Community Policing Team’.

Importanti li dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti, u li jkollhom maskra għal waqt l-għoti tad-demm.

Sport