Anna Tagliaferri ġiet maqtula mis-sieħeb tagħha Diego Di Domenico nhar il-Ħadd li għadda. Riżultati tal-awtopsja rriżultaw li Anna ngħatat 7 daqqiet ta’ sikkina.
Mill-istess eżamijiet irriżulta wkoll li l-vittma baqgħet sal-aħħar mumenti ta’ ħajjitha tipprova ssalva u taħrab minn taħt idejn l-aggressur.
Hija kellha 40 sena u kienet tmexxi l-ħanut tal-ħelu tal-familja tagħha.
Min-naħa tiegħu Diego wara li qatilha, qatel lilu nnifsu biex jevita li jiġi arrestat. Iżda l-investigaturi qegħdin jipprovaw jistabilixxu jekk fil-ħin tad-delitt Diego kienx taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-droga. Minħabba f’hekk l-investigaturi Taljani ordnaw aktar eżamijiet mediċi fuq il-katavru ta’ Diego.

