Tuesday, December 9, 2025

Ingliż arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ 19 -il kilo droga

Aqra wkoll


Ingliż ta’ 51 sena kien arrestat fl-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta, b’rabta ma’ importazzjoni ta’ aktar minn 19-il kilo sustanza suspettata droga khat, b’valur fis-suq ta’ madwar €8,000.

Ir-raġel kien imwaqqaf minn uffiċjali tad-Dwana mal-wasla tiegħu fuq titjira minn Amsterdam u fi tfittxija li saret fil-bagalja tiegħu, il-Pulizija sabet 100 pakkett bis-suspettata droga.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D, li fetħet inkjesta u minnufih bdew ukoll l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., quddiem il-Maġistrat Dr Kevan Azzopardi LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport