Saturday, September 20, 2025

Ingliż arrestat wara li seraq mutur u ħabat ġo mutur ieħor fl-Għarb 

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 30 sena qiegħed jiżamm arrestat wara li aktar kmieni llum, f’Għawdex, allegatament seraq mutur u ftit wara kien involut f’ħabta bl-istess mutur. 

Kienu għall-ħabta tas-1:30 p.m., xħin il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb, Għarb. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sabet li kien seħħ inċident bejn żewġ muturi, Honda u Kymco, u s-sewwieq tal-Honda, raġel ta’ 34 sena residenti x-Xagħra, kellu bżonn l-assistenza medika. 

F’dan il-mument, persuni li kienu fuq il-post infurmaw lill-istess pulizija li s-sewwieq talKymco, li x’aktarx huwa Ingliż, ħarab. Minnufih bdiet tfittxija għalih, fejn ftit ħin biss wara nstab il-viċinanzi tal-inċident u ġie arrestat. Waqt l-arrest huwa kien aggressiv fil-konfront talpulizija, li ma weġġgħux. 

Matul l-investigazzjonijiet il-Pulizija sabet li l-mutur Kymco kien għadu kif insteraq mis-Sannat, allegatament mill-istess Ingliż li kien involut fl-inċident tat-traffiku u wara ħarab minn fuq ilpost. Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba l-ġrieħi li ġarbu fl-inċident, fejn aktar tard ir-raġel ta’ 34 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuna arrestata għadha pendenti. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport