Friday, December 12, 2025

Ingliż bi ġrieħi gravi wara li l-mutur ħa n-nar fi Triq l-Imġarr

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 48 sena residenti Kerċem Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur kien qed isuq il-mutur u li f’ħin minnhom dan spiċċa ħa n-nar, bil-konsegwenza li s-sewwieq spiċċa waqa’ minn fuq il-mutur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza medika lis-sewwieq, sakemm dan ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura. 

Fuq il-post issejħu ukoll membi mill-Proezzjoni Ċivili sabiex jitfu u jikkontrollaw in-nirien. 

L-investigazzjonijiet tal-PUlizija f’dan il-każ għadhom għaddejjin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport