Sunday, September 7, 2025

Ingliż fil-periklu tal-mewt wara argument f’Ta’ Qali … żewġ irġiel jinżammu arrestati

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-3:45 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li hemm argument fuq barra ta’ stabbiliment fil-limiti ta’ Ta’ Qali. Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu Ingliż ta’ 20 sena qiegħed jiġi mdewwi minn tim mediku li kien fuq il-post. 

Il-Pulizija sabet membri tas-sigurtà tal-istess stabbiliment li kienu ħarġu jintervjenu qegħdin iżommu raġel li allegatament kien involut fl-argument, waqt li l-Pulizija kienu indikati li hemm raġel ieħor involut u ġie arrestat. 

Ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 20 sena l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji. Iż-żewġt irġiel l-oħra, Portugiż ta’ 22 sena kif ukoll Ingliż ieħor ta’ 21 sena qed jinżammu taħt arrest. 

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport