Wednesday, December 25, 2024

Imut l-Ingliż li ħabat fi skip f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Fi stqarrija, il-Pulizija infurmat li sfortunatament, l-Ingliż ta’ 54 sena fl-aħħar sigħat tilef ħajtu flIsptar Mater Dei.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru : Ingliż fil-periklu tal-mewt wara li ħabat fi skip f’San Pawl il-Baħar

Ingliż ta’ 54 sena residenti l-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li għall-ħabta tal-5:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku f’Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef ilkontroll u ħabat fi skip li kien wieqaf fit-triq.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport