Ingliż ta’ 20 sena residenti n-Naxxar ġie ċertifikata li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Ħal Lija.
Il-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tas-7.00pm li seħħet ħabta fi Triq il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn Volkswagen Golf misjuqa mir-raġel ta’ 20 sena u Hyundai i20 misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Lussemburgu. Passiġġiera fil-Hyundai kien hemm ukoll mara ta’ 41 sena.
Is-Sewwieq tal-Volkswagen kellu jinħareġ mill-vettura bl-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Wara huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

