Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qsajjem, il-Munxar, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ingliż ta’ 42 sena residenti l-Fontana, Għawdex, tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

