Ingliż imut wara li waqa’ minn gallarija ta’ lukanda f’San Ġiljan

0
60

Ingliż ta’ 25 sena tilef ħajtu wara li kmieni dalgħodu waqa’ minn gallarija ta’ lukanda fi Triq Spinola, San Ġiljan.


Il-Pulizija kienet marret minnufih fuq il-post filwaqt li ssejjaħ ukoll tim mediku. Sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.


Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.