Raġel ta’ 63 sena kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn trakk Leyland misjuq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Munxar u Maruti Gypsy misjuqa minn
Ingliż ta’ 64 sena.
Filwaqt li s-sewwieqa ma sofrew l-ebda ġrieħi, il-passiġġier fit-tieni vettura kellu jingħata assistenza medika fuq il-post sakemm aktar tard seta’ jittieħed l-Isptar għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard irriżulta li kien sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.