Saturday, November 23, 2024

Ingliż jammetti li baqa’ dieħel b’karozza f’kafetterija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Turist ta’ 43 sena mill-Ingilterra ammetta li kien fis-sakra meta baqa’ dieħel bil-karozza fil-kafetterija “Dolce Peccati” li tinsab f’Tas-Sliema.

Jon-Paul Richard Davies ammetta li fl-20 ta’ Settembru li għadda, fi Triq it-Torri, b’nuqqas ta’ ħsieb jew traskuraġni waqt li kien qed isuq Kia Picanto ikkaġuna ħsara b’detriment għal Dolce Peccati Limited.

Huwa ammettta wkoll li ikkaġuna ġrieħi ħfief lil Giuseppe Riso, Roberta De Lisi u Vanessa Seminara li dak il-ħin kienu fl-imsemmi stabbiliment u li saq taħt l-influwenza tax-xorb.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, ordnatlu biex fi żmien sitt xhur iħallas lil Dolce Peccati Limited €33,0960 tal-ħsara li ikkaġunalha kif ukoll skwalifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għal sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer waqt li l-Ingliż kellu jiddefendih lill-Avukat Mark Mifsud Cutajar.

L-Avukat Alfred Abela kien preżenti fl-awla fl-interessi tal-kumpanija Dolce Peccati Limited.

Sport