Ingliż ta’ 59 sena tressaq b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana akkużat li ħebb, hedded u kkaġuna feriti ħfif lil żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta, kif ukoll li kiser il-bon ordni.
L-Ingliż li jirrisjedi n-Nadur Għawdex kien akkużat li aktar kmieni llum fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur, wettaq ir-reati msemmija.
Waqt li r-raġel wieġeb li mhux ħati għal dawn l-akkużi, huwa wieġeb li huwa ħati li għamel ħsara fuq vettura tal-istess żewġ uffiċjali. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.