Sunday, December 22, 2024

Ingliż jiġġieled għal ħajtu wara li waqa’ mill-gallarija f’Ibiza

Aqra wkoll

Raġel Ingliż ta’ 21 sena li kien waqt vaganza f’Ibiza, waqa’ mill-gallarija tal-kamra fil-lukanda li kien fiha. It-turist waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari. Huwa ttieħed fi klnika privata fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi f’rasu. 

Skont ir-rapporti qed ikun irrapurtat li r-raġel kien qed jipprova jaqbeż minn bejn gallarija u oħra u spiċċa biex waqa’ għal isfel. 

Każ ieħor simil kien seħħ fl-2017 meta persuna ta’ 28 sena mietet wara li waqgħet tliet sulari. Din il-persuna kienet raqdet fil-gallarija u spiċċat għal isfel. Il-Pulizija kienu sabu fliexken tal-alkoħol għalhekk ġie mifhum li l-persuna kienet fis-sakra.

Ekonomija

Sport