Friday, December 20, 2024

Ingliż jinstab mejjet f’bajja fil-Greċja wara sigħat twal fix-xemx

Aqra wkoll

Nies li kienu fil-bajja ta’ Crete fil-Greċja, innutaw raġel li kienu ilu sigħat twal jixxemmex mingħajr ma ċċaqlaq darba. Xi wħud resqu viċin lejn ir-raġel ta’ 54 sena u ndunaw li kien mitluf minn sensih għalhekkk marru għall-għajnuna minnufih. 

Ftit tal-ħin wara wasal it-tim mediku sabiex jassisti lir-raġel. Hemmhekk sabu n-nies jippruvaw is-CPR fuq ir-raġel iżda kien kollu ta’ xejn. 

Huwa ttieħed l-isptar iżda ġie ċċertifkat mejjet ftit tal-ħin wara. L-identità tar-raġel għadha ma ġietx żvelata iżda kelliem għall-uffiċċju tal-affarijiet  barranin qal li l-familja tar-raġel ġew infurmati u qed jingħataw l-għajnuna meħtieġa. L-awtopsja tar-raġel mistennija ssir dalwaqt sabiex tiġi determinata l-kawża tal-mewt tiegħu. 

Ekonomija

Sport