Friday, December 13, 2024

Ingliż mixli li stupra lil bintu waqt btala fil-Greċja

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 70 sena ġie mixli li stupra lil bintu ta’ 30 sena wara li kienu qed jixorbu flimkien ġo bar f’bajja fi Kreta, il-Greċja.

Pulizija li raw xi CCTV’s qalu li l-missier kien liebes l-abjad meta f’ħin minnhom huwa beda jagħmel xi mossi oxxeni lejn bintu li kienet fis-sakra, kif ukoll beda jagħtiha fuq wiċċha. 

Il-mara rrappurtat li xi ħadd kien aggredieha iżda żiedet tgħid li hi ma tiftakar xejn ħlief li l-proxxmu li għamlilha din l-azzjoni kien liebes l-abjad. 

Wara li sarulha xi testijiet mediċi, irriżulta li l-mara kellha xi ġrieħi fuq ġisimha minħabba li ġiet stuprata. Uħud mill-ġrieħi li kellha ġew ukoll ikkawżati minn ġebel li hemm fuq il-bajja stess. 

Il-missier ċaħad dawn l-allegazzjonijiet li ġew miġjuba kontrih. Huwa ġie arrestat u qed ikun mixli b’reat ta’ stupru kif ukoll bi vjolenza domestika. 

Il-vittma qalet lill-pulizija li ma temminx li missierha seta’ jasal biex jagħmlilha hekk. Hi żiedet tgħid li ma setax kien hu li attakkaha imma xi ħadd ieħor. 

Għalissa l-missier qed jinżamm arrestat taħt il-liġi Griega b’patt li jekk huwa jammetti l-akkużi miġjuba kontrih u jagħmel apoloġija pubblikament tista’ titnaqqaslu s-sentenza. 

Ekonomija

Sport